Malta Fl-2021…

 Malta Fl-2021…

Il-pandemija tal-Covid-19 laqtitna sew… Ilkoll ħassejna mumenti ta’ stress. Id-diżgwit ma naqasx; daqqa ma’ ħaddieħor, daqqa mal-membri tal-familja u anke ġieli dilemmi magħna nfusna.

Imma ‘il fejn mexjin? Żgur li l-pandemija mhix eterna. Nifhmu li aħna m’aħnhiex tobba imma bħal ma għaddew pandemiji oħra fis-snin passati, hekk tgħaddi din ukoll.

Ejja nitgħallmu nagħmlu eżerċizzju ta’ pożittività. Kif nixtiequ li tkun Malta fl-2021? Kif nixtiequ naraw lilna nfusna nidħlu f’sena ġdida? Malli fl-aħħar ta’ Diċembru li ġej, jekk dejjem jgħaddi kollox b’wiċċ il-ġid, inħabbtu t-tazzi tax-xampanja flimkien, x’se nawguraw lil xulxin?

Aħna nawguraw lilkom il-pubbliku li żżommu kalmi… nimxu ġurnata b’ġurnata, nobda r-regoli u l-istruzzjonijiet li l-awtoritajiet qed ituna u naraw kif inżommu ruħna f’saħħitna u b’ton pożittiv.

F’4 xhur oħra naraw tmiem is-sena 2020… Veru li fadal imma jgħaddu wkoll… Kuraġġ poplu!

 

Ritratt: https://traveltriangle.com/blog/malta-in-december/

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com