“… Anqas Biss Nista’ Nemmen” – Ruth Portelli hija R-Rebbieħa Tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2020
Ilbieraħ ittella’ l-konkors Kanzunetta Indipendenza 2020 fejn ir-rebbieħa għal din is-sena hija Ruth Portelli bil-kanzunetta Kuruni b’lirika ta’ Paul Ellul u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas.
Fit-tieni post ikklassifikat Mardy Farrugia bil-kanzunetta Fjuri fuq kliem u mużika ta’ Rita Pace u fit-tielet post, ġiet Graziella Vella bil-kanzunetta Darba f’mitt qamar fuq lirika ta’ Rita Pace u mużika ta’ Kaya Priscilla Psaila.
Ir-rebbieħa tat-televoting kienet Krista Spiteri Lucas bil-kanzunetta Jgħidulek b’lirika ta’ Paul Ellul u mużika ta’ Kaya Priscilla Psaila.
Il-Konkors Kanzunetta Indipendenza huwa mtella’ minn kumitat organizzattiv immexxi mic-chairman Robert Cutajar li huwa wkoll responsabbli mill-produzzjoni taż-żewg serati li saru.
Awguri lir-rebbieħa!
Ritratt: Ir-rebbieħa flimkien ma’ Robert Cutajar-Chairperson Kumitat Organizzativ Konkors Indipendenza/ Joseph Galea – Media Link