Anzjan Ta’ 83 Sena Huwa t-23 Vittma Tal-Covid-19 F’Pajjiżna
Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li anzjan ta’ 83 sena huwa t-23 vittma tal-Covid-19 f’Malta.
L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19, dakinhar li ddaħħal l-isptar Mater Dei fis-16 ta’ Settembru. Huwa baqa’ jingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum.
L-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.