Anzjani Pożittivi Għall-Covid Fi Djar Tal-Anzjani Se Jiġu Trasferiti Fi Sptarijiet

 Anzjani Pożittivi Għall-Covid Fi Djar Tal-Anzjani Se Jiġu Trasferiti Fi Sptarijiet

Fi stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għall-anzjanità attiva u perusni b’diżabbilità tħabbar li hemm ippjanat li la darba jiġi identifikat każ pożittiv ġdid, ir-resident pożittiv f’ dar tal-anzjani, se jkun qiegħed jintbagħat l-isptar Pawlu Boffa jew inkella f’St Thomas Hospital bħala miżura interim, jew f’Mater Dei skont il-kundizzjoni medika wara li jiġi eżaminat minn tabib.

Din il-miżura se tidħol fis-seħħ fl-eventwalità li jkun hemm każ pożittiv f’dar residenzjali li fiha bħalissa m’hemmx każijiet pożittivi. Il-miżuri ta’ trasferiment tar-residenti pożittivi minn dar tal-anzjani se jkunu qed isiru permezz ta’ protokoll approvat

Fir-rigward ta’ Dar San Ġużepp, ir-residenti li huma pożittivi jew li huma fi kwarantina se jkunu qed jibqgħu f’din id-dar u se jkunu qed jibqgħu jieħdu l-kura kollha meħtieġa. Ir-residenti li huma negattivi se jkunu qed jimxu għal Casal Nuovo. Din id-dar se tkopri diversi sodod permezz tal-liċenzja ta’ Emerġenza mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali. Il-kumplament tas-sodod se jkunu qed jiġu pprovduti mill-isptar St James.

Dawn ir-residenti se jkunu qegħdin fi kwarantina preventiva u se jiġu ttestjati kull tlett ijiem.

Minn Ġunju sal-lum saru wkoll iżjed minn 14,500 swab fid-djar tal-anzjani, kemm għar-residenti, kif ukoll għall-istaff. Dawn ukoll se jkomplu jsiru bħala miżura preventiva.

Ritratt: Times of Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com