Ara Kif Il-Ħolma Tal-Beltin Se Ssir Realtà

 Ara Kif Il-Ħolma Tal-Beltin Se Ssir Realtà

Il-ħolma tal-Beltin se ssir realtà hekk kif il-Gvern permezz ta’ SportMalta, għadda art li m’għadhiex tintuża fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Farruġ b’qies ta 15,000 metru kwadru b’ċens ta’ 45 sena, biex tiġi żviluppata fi grawnd tal-futbol tal-għola livell ta’ wieħed mill-akbar klabbs tal-futbol f’pajjiżna, Valletta FC.

Apparti din l-art, SportMalta se tgħaddi wkoll it-titlu tas-Salinos Grounds li għandu qies ta’ 6,050 metru kwadru, lil Valletta FC b’ċens ta-45 sena.

Dawn it-titoli qed jingħataw wara li fil-Kumitat tal-Awditjar għadda vot unanimu dwar it-trasferiment ta’ dan il-grawnd.

F’Konferenza tal-aħbarjiet fil-klabb tal-football tal-Valletta FC, is-Segretarju Parlamentari għall-Żgħażgħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima saħaq li dan it-trasferiment juri l-impenn tal-gvern li jkompli jwettaq il-wegħdiet sportivi elettorali tiegħu

Grima tenna li meta l-għaqdiet sportivi jkunu b’saħħithom, dawn iħallu l-frott fis-soċjetà maltija. Tenna li din hija l-inizjattiva tal-Gvern biex jara l-klabbs jilħqu l-potenzjal tagħhom filwaqt li jikkontribwixxu għall-ekonomija ta’ pajjiżna.

Luciano Busuttil; ċermen ta’ SportMalta wera s-sodisfazzjon tiegħu fejn art li kienet mitluqa, ser titnaddaf u ssir ċentru sportiv tal-iprem kwalità.

Il-President tal-Valletta FC Victor Sciriha qal kif il-klabb Belti ilu jaħdem aktar minn għaxar snin sabiex tinkiseb art għall-grawnd tal-futbol. Huwa saħaq kif il-klabb Belti se jkollu faċilitajiet tal-għola livell, sabiex it-tfal u l-plejers Beltin jilagħbu l-futbol fi grawnd xieraq.

 

Ritratt: Valletta FC.net

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com