Attenti Jekk Il-Klieb Jersqulek Lejn Din Il-Palma!

Fuq il-paġna popolari ta’ facebook Rubs Puppy Love inkiteb biex min huwa sid tal-klieb, joqgħod ftit attent minn ċertu tip ta’ palma li hija magħrufa bħala Cycas Revoluta.
Dan għaliex mid-dehra, ġaladarba l-kelb jitniggeż minnha jista’ jkollu diffikultajiet u saħansitra anke jmut.
Il-persuna li kitbet dan, sostniet li ġa kellha ħabiba tagħha li għaddiet minn din l-esperjenza.