Beda Bil-Ħsieb Tiegħu Fil-Qofol Tal-Covid-19… Issa Jmiss Li Naraw L-Ispettaklu

 Beda Bil-Ħsieb Tiegħu Fil-Qofol Tal-Covid-19… Issa Jmiss Li Naraw L-Ispettaklu
L-istilista Silvio Garick ħabbar fuq facebook li fit-3 ta’ Otturbu li ġej ser ikun qed iwassal spettaklu live ta’ stili u lbiesi li ntużaw waqt Diva Shoot; proġett bi 12-il mudell/a, idea tiegħu.
Garick qal li ħareġ b’din l-idea waqt il-qofol tal-Covid-19 fejn ried li l-mudelli juru lokalitajiet differenti, stili u lbies varjat. Flimkien ma’ Kevin Cassar bil-fotografija u l-istilista tal-ħwejjeġ Henry Vassallo, kif ukoll il-make-up artist Antonella Mizzi tellgħu produzzjoni tajba, kiteb Silvio u fit-3 ta’ Ottubru ser jippreżentawha lill-pubbliku.
Awguri Silvio u lit-tim kollu!

 

Ritratt: Facebook/ Silvio Garick

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com