Bernard Grech Ikompli Bil-Kampanja Tiegħu…

 Bernard Grech Ikompli Bil-Kampanja Tiegħu…

Il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li se jkompli bil-kampanja tiegħu wara li ġie infurmat illi t-tieni test tal-Covid-19 li għamel aktar kmieni llum, irriżulta wkoll fin-negattiv bħal dak li għamel jumejn ilu.

Fl-aħħar jiem Grech qal li kien se jiżola lilu nnifsu wara li martu rriżultat pożittiv għall-Covid-19.

Fuq Facebook, Dr Grech qal li fuq pariri tal-professjonisti mediċi li qed jassistuh, issa jista’ fiżikament ikompli din il-kampanja għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN.

Huwa rringrazzja lil dawk kollha li kkomunikaw miegħu f’dawn il-jiem u wassal ukoll messaġġ ta’ apprezzament mingħand martu Annmarie li qed tirkupra u tinsab fi stat tajjeb ta’ saħħa.

Nawguraw lil Annmarie fejqan ta’ malajr!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com