Bil-Covid-19 Diġà Mietu Iżjed Minn Miljun Ruħ… Meta U Kif Se Tintemm Il-Pandemija?
Ilbieraħ filgħaxija, l-ammont ta’ vittmi tal-Covid-19 madwar id-dinja qabeż il-miljun ruħ.
Jirriżulta li b’kollox huma ftit iktar minn 33 miljun, il persuni madwar id-dinja li ġew infettati mill-bidu tal-pandemija lejn tmiem is-sena li għaddiet. Minnhom irkupraw 24.5 miljun, 7.6 miljun għadhom attivi waqt li mietu ftit iktar minn miljun.
Sa issa huma 3% ta’ dawk kollha li kienu infettati li mietu.
L-iktar 3 pajjiżi li rraportaw każijiet ta’ mwiet mill-Covid-19 huma l-iStati Uniti, l-Indja u l-Brażil fejn b’kollox mietu qrib in-nofs miljun persuna. Fl-Ewropa mietu mal-220,000 persuna bl-ikbar numru ta’ vittmi jkun irregistrat fir-Renju Unit.
Għadu xejn fiċ-ċert meta u kif se tintemm din il-pandemija, liema pandemija tat bidu għall-ġirja kontra l-ħin biex jinstab vaċċin mill-aktar fis possibbli…
Ritratt: National Post