Bil-Filmat: 56 Sena Malta Indipendenti…
llum pajjiżna qed ifakkar is-56 anniversarju minn meta sirna Stat Indipendenti. Permezz tal-Kostituzzjoni tal-1964 Malta saret demokrazija parlamentari fi ħdan il-Commonwealth. Izda r-reġina Elizabetta t-Tieni baqgħet is-sovrana ta’ Malta bit-titlu ta’ Reġina ta’ Malta filwaqt li Anthony Mamo baqa’ l-Gvernatur ta’ pajjizna.
Madanakollu Ġorġ Borġ Olivier kien sar l-ewwel Prim Ministru ta’ Malta Indipendenti.
Dalgħodu fil-Belt Valletta propju fi Triq ir-Repubblika saret il-parata fejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-President George Vella ngħataw is-salut nazzjonali.
Wara l-quddies Ponitifkali fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann ikkonċelebrata mill-Arċisqof Monsinjur Charles Jude Scicluna ser ikomplu ċ-ċelebrazzjonijiet fil-Furjana mill-gwardja tal-Unur flimkien mal-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta li jimxu sal-Monument tal-Indipendenza.
Awguri Malta Indipendenti!
Filmat: James Aaron Ellul