Bil-Filmat: Anzjan Ta’ 68 Sena Aggredit Fil-Gżira

 Bil-Filmat: Anzjan Ta’ 68 Sena Aggredit Fil-Gżira

F’filmat li ttella’ fuq facebook minn Ambrogio Raimondo juri anzjan ta’ 68 sena li jgħix il-Gżira u li ntqal li ġie aggredit minn 3 irġiel barranin.

Huwa allega li kien miexi għall-affari tiegħu matul il-masġar bejn il-Pieta’ u l-Floriana. “Tliet irġiel ta’ ġilda skura waqqfuh u talbuh xi sigaretti. Ma tahomx għax ma kellux fuqu. Hekk kif kompla jimxi, dawn it-tliet irġiel attakkawh u darbuh f’wiċċu”, inkiteb fuq facebook.

Fil-filmat jidher l-istat tal-anzjan. Ambrogio Raimondo tenna li ħa azzjoni fejn informa lill-pulizija tal-‘Control room’ fejn bagħtu ambulanza.

“Jien u mara oħra bqajna miegħu sakemm waslet ambulanza ma’ infermier. Malta m’għadhiex taħt sigurtà. Is-sigurtà nazzjonali hija mhedda minħabba li ż-żewġ partiti politiċi ewlenin huma intenzjonati li jimlew lil Malta u Għawdex b’immigranti illegali li ma jikkwalifikawx għall-ebda status u kriminali barranin li meta jinstabu ħatja mhumiex jiġu deportati”, kiteb Ambrogio.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com