Bil-Filmat: Ara X’Tista’ Tagħmel Biex Ikun Hemm Ritratti Minn Tiegħek Fuq Wikipedia… Baqa’ Biss 3 Ijiem

Baqa’ biss 3 ijiem biex inti titfa’ ritratti ta’ siti storiċi u monumenti li jinsabu f’pajjiżna biċ-ċans li tirbaħ il-kompetizzjoni bl-isem ta’ : Wiki Loves Monuments 2020.
Din hija kompetizzjoni tal-fotografija li tigglorifika l-bini storiku, monumenti u l-knejjes kif ukoll postijiet oħra ta’ interess u valur li nsibu f’Malta.
Il-kompetizzjoni hija miftuħa għal kulħadd u tista’ titfa’ r-ritratti tiegħek sat-30 ta’ Settembru. Idħol fuq www.wikimalta.org għal aktar tagħrif.
Ritratt: 77 Great Estates