Covid-19: Ifeġġu 39 Każijiet Ġodda, 18 Ifiequ

Tul dawn l-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 39 każijiet ġodda ta’ Covid-19 fil-gżejjer Maltin. Dan filwaqt li 18-il persuna fiequ.
Bħalissa Malta għandha 612-il każ attiv filwaqt li b’kollox, mill-bidu tal-imxija, Malta rreġistrat total ta’ 2,634 każijiet.
B’kollox fiequ 1,996 mill-bidu tal-imxija minn meta feġġ l-ewwel każ f’Marzu tal-2020.
Malta rreġistrat 17-il mewt kawża tal-Covid-19.