Covid-19: Imut Anzjan Ta’ 86 Sena

 Covid-19: Imut Anzjan Ta’ 86 Sena

Anzjan ta’ 86 sena miet waqt li kien pożittiv bil- Covid-19.

Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fit-8 ta’ Settembru.

Huwa ddaħħal l-isptar Mater Dei fis-17 ta’ Settembru, u miet aktar kmieni llum. L-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali, u l-użu tal-maskra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com