Covid-19: Imutu Żewġ Anzjani

 Covid-19: Imutu Żewġ Anzjani

Żewġ anzjani, ta’ 91 sena u ta’ 73 sena rispettivament, mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

Fi stqarrija l-Ministeru tas-Saħħa spjega kif l-anzjan ta’ 91 kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Settembru. Huwa baqa’ jingħata l-kura sakemm miet ilbieraħ tard bil-lejl.

Intant l-anzjana ta’ 73 sena kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Settembru. Hija baqgħet tingħata l-kura sakemm mietet matul il-lejl.

Iż-żewġ anzjani kellhom kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri u kienu jgħixu f’residenzi tal-anzjani differenti.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani, u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com