Covid-19: Tmut Anzjana Ta’ 78 Sena

 Covid-19: Tmut Anzjana Ta’ 78 Sena

Anzjana ta’ 78 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

Fi stqarrija l-Ministeru tas-Saħħa spjega kif l-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 l-ewwel darba fil-11 ta’ Awwissu u ġiet ikkonfermata li negattiva għall-Covid-19 fit-28 ta’ Awwissu u fid-9 ta’ Settembru. Hi kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri

Ilbieraħ, l-anzjana ddaħħlet l-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei mill-Isptar Monte Carmeli u mietet ilbieraħ stess waqt li kienet fit-Taqsima tal-Emerġenza. Minn hemm sar swab test waqt li kienet l-Emerġenza li kkonferma li l-pazjenta kienet pożittiva bil-Covid-19.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li għadda l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjana u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com