“Dan Huwa R-Rispett Li Għandu Lejn In-Nies Bernard Grech?” – Silvio Schembri
Fuq il-paġna ta’ facebook tiegħu, il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri tenna li jinsab fi kwarantina wara li membru tal-familja tiegħu kellu kuntatt ma’ persuna li nstabet pożittiva.
Minkejja li għamel l-iswab test u dan irriżulta fin-negattiv, kiteb li ħass li għandu jagħmel 14-il jum kwarantina.
“Issa sirt naf li Bernard Grech, li l-mara tiegħu sfortunatament instabet pożittiva għall-Covid-19, iddeċieda li jista’ jkompli bil-kampanja u wara ftit jiem ma jkomplix isegwi l-kwarantina,” tenna Schembri.
Isaqsi lil Bernard Grech hux lest jidħak bin-nies akkost ta’ kollox?! “Jew prova jaħrab mill-ġurnalisti ħabba n-nuqqasijiet tiegħu fil-ħlas tat-taxxa u VAT?”, kiteb Silvio Schembri.
Intom x’taħsbu? Kienet deċiżjoni matura li Bernard Grech kompla l-kampanja tiegħu bla ma għamel kwarantina?