“Għinuna Ngħinukom” – Maratona B’Risq Il-MCCF Illum Sa Nofs Illejl

 “Għinuna Ngħinukom” – Maratona B’Risq Il-MCCF Illum Sa Nofs Illejl
Ftit tal-ħin ilu għadha kif bdiet il-maratona b’riżq il-Malta Community Chest Fund “Għinuna Ngħinukom” li qed tappella għall-għajnuna tal-pubbliku biex jinġabru fondi b’riżq kull min jeħtieġ l-għajnuna.
Din is-sena hija xi ftit iebsa iżjed mis-soltu minħabba l-pandemija tal-Covid-19 li laqtet lid-dinja kollha iżda t-tim kollu fi ħdan il-MCCF flimkien mal-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella ma qatgħux qalbhom u llum ser ikunu qed iħeġġu lill-poplu Malti biex ikun ġeneruż kif inhu magħruf li dejjem kien anke f’mumenti diffiċli.

Ser isiru wkoll l-aġġornamenti fuq il-paġna ta’ https://www.facebook.com/MCCFFmalta u x-xandira ser tkun imwassla fuq l-istazzjonijiet: TVM, One, Net, Fliving, Smash, Radio 104.6FM u IPTV.
Inħeġġukom biex tkunu ġenerużi. Kuraġġ poplu!
Ritratt: Facebook/ George Vella
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com