Ġieli Smajt Bihom Dawn It-Termini Mediċi Bil-Malti?
Bosta huma dawk li jgħidu ta’ spiss kif fil-lingwa Maltija dejjem titgħallem xi ħaġa ġdida.
Kemm minħabba tibdiliet fil-lingwa stess, jew anke meta tiżdied xi kelma ġdida fil-lingwa Maltija biex tkun skond il-Malti mitkellem, iżda mhux l-ewwel darba li xi ħadd jgħidlek b’kelma li tkun ilha teżisti iżda li qatt ma smajt biha. Int ġieli smajt b’dawn it-termini mediċi bil-Malti t’hawn isfel?
- Chicken Pox: Ġidri r-Riħ
- Small Pox: Ġidri
- Sydenham’s Chorea: Ballu San Vitu
- Measles: Ħożba
- Mumps: Gattone
- Rubella: Ħożba Ġermaniża
- Shingles: Ħruq Ta’ Sant’ Antnin