Ħaddiem Imut Waqt Li Kien Qed Jagħmel Xogħlijiet Taħt Il-Mina Ta’ Ħal Kirkop
Żebbuġi ta’ 57 sena tilef ħajtu waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fuq high up taħt il-mina ta’ Ħal Kirkop.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ filgħodu meta kollegi tar-raġel, li dak il-ħin kien qed jagħmel xogħol fuq il-mina sabuh bi ġrieħi serji f’rasu fil-gaġġa tal-high up.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, iżda sfortunatament, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.