Ħallietna Connie… Kostumista Prima F’Pajjiżna
Inxterdet l-aħbar li Connie Schembri, kostumista mill-iprem li kellna f’pajjiżna, ħallietna. Connie kienet magħrufa sew fil-qasam tal-ħjata u ħadmet ma’ bosta personalitajiet f’pajjiżna speċjalment fuq il-palk u anke t-televiżjoni.
Kienet maħbuba u rrispettata minn kulħadd tant li bosta personalitajiet bdew isellmulha fuq il-mezzi tal-midja soċjali.
Toni Sant tenna: “… Apparti li kienet figura f’ħajti sa minn tfuliti f’Tas-Sliema, Connie kienet waħda mill-aktar kostumisti ġenerużi li qatt kelli l-unur naħdem magħhom fil-qasam tat-teatru f’Malta. Kienet maħbuba minn bosta li kienu jafuha…”
Hermann Bonaci wkoll sellem lil din il-mara billi b’nostalġija, ftakar f’kemm -il darba libbsitu u ħadet ħsiebu fil-produzzjonijiet televiżivi.
Il-funeral ta’ Connie Schembri se jsir il-Ħamis l-1 ta’ Ottubru fid-8.45am fil-Knisja San Girgor Tas-Sliema. Kondoljanzi lill-familjari kollha mingħandna ta’ stradarjali.com.