Ħassejtuh It-Terrimot Dan Il-Lejl?
Fis-satra tal-lejl li għadda, preċiżament fit-3.00a.m. inħass terrimot minn diversi nħawi tal-pajjiż li rreġistra qawwa ta’ 4.4 fuq l-Iskala ‘Richter’.
Ilbieraħ, it-Tlieta 29 ta’ Settembru 2020 filgħaxija għall-ħabta tat-8.23p.m., is-sismografu fi ħdan Wied Dalam tal-Università ta’ Malta rreġistra terremot ieħor żgħir ta’ qawwa 3.3.
L-iskala ‘Richter’ tindika l-qawwa tat-terremoti li jiġu mkejla permezz ta’ apparat li jissejjaħ sismografu..
Terremoti żgħar li jkunu fuq skala 3.0 jew inqas huma komuni u ħafna drabi lanqas biss ikunu jinħassu, speċjalment jekk iseħħu fil-fond.
Kull numru jindika żieda ta’ 10 darbiet fil-qawwa tat-terremoti; eżempju, terremot fuq skala 5.0 huwa għaxar darbiet iżjed b’saħħtu minn wieħed fuq skala 4.0.
It-terremoti jinħassu l-iżjed fuq l-għoljiet u fis-sulari ta’ fuq tal-appartamenti jew binjiet għoljin.