“Idejja Kważi Ma Nista’ Nużaħhom B’Xejn…” – James (Bondin) Debono – Illum Maratona B’Riżq Dar Bjorn

 “Idejja Kważi Ma Nista’ Nużaħhom B’Xejn…” – James (Bondin) Debono – Illum Maratona B’Riżq Dar Bjorn

F’intervista li saret lil James Debono magħruf aħjar bħala James Bondin mill-Awtorità tax-Xandir, minn Peppi Azzopardi fuq Xarabank, spjega kif ħajtu nbidlet minn Jannar lil hawn.

Peppi Azzopardi semma kif sar jaf li James għandu l-ALS meta ċempillu biex jawguralu f’għeluq sninu u qallu li ma tantx jinsab tajjeb u tennielu li kellu l-ALS.

James Debono huwa personalità umli u maħbuba mill-poplu kollu tant li għal snin twal rajnieh fil-programm ‘Aħna aħna jew m’aħnhiex’ kif ukoll fuq Xarabank.

Qal li s’issa saqajh għadhom ituh għax jimxi imma kif jitlef il-bilanċ jaqa’ u ma jżommx.

Induna billi kien qed jilgħab it-tennis u beda jirrealizza li idu x-xellugija kienet qed tbati biex biha joħroġ il-blalen mix-shorts. Ftit wara waqa’ u hemm qisu nduna li hemm xi ħaġa ħażina. Minn konsulent għall-ieħor, anke wara operazzjoni f’għonqu meta suppost beda jirkupra, il-fatt kien li ma bedhiex jirkupra… kien newrologu li kkonfermalu li l-ALS kienet il-problema.

“Naf li din hija marda li twassal għall-mewt imma ma nibżax li mmut… il-mewt hija parti mill-ħajja, kulħadd irid imut. M’għandix rimorsi li hemm xi ħaġa li m’għamiltx!”, qal James.

“Li jdejjaqni huwa l-piż li qed nitfa’ fuq ħaddieħor… il-paċenzja li qed tieħu bija l-mara hija kbira… mhux hi biss kulħadd hu…” , spjega mbikkem James.

Illum huwa jum fejn nerġgħu nuru kemm aħna poplu li verament ngħinu… ejjew ngħixu dan il-fatt li kull pajjiż ieħor isemmi fuqna bħala poplu; li aħna ġenerużi… Ejjew ngħinu mill-qalb.

☎️ Ċempel 51002017 €20
☎️ Ċempel 51902075 €50
☎️ Ċempel 51302010 €100
📱 SMS 50619271 €11.65
📱 BOV Mobile Pay 79096249

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com