Il-Prof. Andrew Azzopardi Jemmen Li L-Kondotta M’Għandhiex Tintuża Biex Issallab In-Nies
Fuq facebook, il-Professur Andrew Azzopardi li spiss iqajjem suġġetti dibatibbli, din id-darba tkellem dwar il-kondotta fejn sostna li fil-fehma tiegħu, ikun pass enormi għal pajjiżna jekk il-kondotta ma tibqax tinuża biex issallab in-nies.
“Li l-Fedina Penali jkollha l-istorja ta’ dak kollu li għamilt, nasal biex nifhimha, speċjalment f’ċerti tipi ta’ krimini (għalkemm anke hemm għandi dubju) imma li nsallbu lin-nies billi l-kondotta tibqa’ turi x’ għamel bniedem anke jekk ħallas il-prezz, anke jekk irriforma, anke jekk wera li dak kien żball li iżda ħallas/ħallset għalih hija inġustizzja…”, kiteb Azzopardi.
Argumenta li pajjiżna jkun pajjiż aħjar meta lil dawk li waqgħu, ma nkomplux ngħorkuhom mal-art imma ngħinuhom jgħixu l-ħajja tagħhom u flok jieħdu, jagħtu.
X’taħsbu intom dwar dan l-argument? Wasal żmien li l-kondotta ma turix dak li wettaqt fil-passat?