Il-Vaċċin Tal-Influwenza Jasal F’Pajjiżna

 Il-Vaċċin Tal-Influwenza Jasal F’Pajjiżna

Il-vaċċin tal-influwenza issa jinsab f’pajjiżna hekk kif proprju llum wasal fuq titjira tal-Air Malta.

F’messaġġ fuq Facebook, il-Ministru Silvio Schembri spejga kif, kien proprju kmieni llum li fuq it-titjira waslet 5.6 tunnelata ta’ dan il-vaċċin f’pajjiżna biex b’hekk il-poplu Malti u Għawdxi jkun jista’ jitlaqqam kontra l-influwenza.

Ftit tal-jiem ilu l-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, ħabbar kif il-vaċċin tal-influwenza se jkun qed jingħata b’xejn minn diversi ċentri madwar Malta u Għawdex mill-11 ta’ Ottubru ‘l quddiem.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com