“Ilni Sentejn U Nofs Nistenna R-Ritratti Tat-Tieġ… Ħudu Ħsieb Li Taqblu Fuq Data Minn Qabel”

 “Ilni Sentejn U Nofs Nistenna R-Ritratti Tat-Tieġ… Ħudu Ħsieb Li Taqblu Fuq Data Minn Qabel”

Għal bosta koppji, il-jum tat-tieġ huwa meqjus bħala l-isbaħ jum ta’ ħajjithom, iżda minkejja dan jitqies hekk – uħud mill-koppji jispiċċaw b’riperkussjonijiet koroh wara t-tieġ.

Dan hekk kif wara li jgħaddi kollox b’wiċċ il-ġid, jibdew jinħolqu xi intoppi li jtappnu dik l-esperjenza sabiħa.

Filfatt, koppja li żżewġet fl-2018 irrakkontat l-esperjenza tagħha, dwar kif ilha sentejn u nofs tistenna r-ritratti tat-tieġ li s’issa għadhom ma missewx ma’ idejha. F’messaġġ appellat lil kull koppja li se tkun se tiżżewweġ biex qabel tagħti l-flus lil tar-ritratti, tara li taqblu fuq data ta’ meta l-prodott se jitlesta u jingħata lill-koppja.

Dan sabiex jevitaw dan it-tip ta’ dewmien u ġiri l’hemm u l’hawn biex jakkwistaw xi ħaġa li bi dritt hi tagħhom. Fil-kummenti bosta wkoll taw il-parir li jieħdu ħsieb li ma jħallsux l-ammont totali mill-ewwel, u jħallsu l-kumplamnet tas-somma kif jirċievu l-prodott bħala garanzija.

Dan hekk kif kien hemm bosta li mhux talli kienu ilhom sentejn u nofs jistennew, imma persuna spjegat kif għamlet ħames snin tistenna l-filmat tat-tieġ u bosta oħrajn ilhom aktar minn tlett snin biex jirċievu dak li hu tagħhom.

Għalekk l-appell għal kull koppja li se tkun qed tiżżewweġ hu li dejjem tara li ma’ min se taħdem għandu reputazzjoni tajba, u li tieħu ħsieb li jifthiemu fuq data meta se jirċievu kollox biex jevitaw dan l-iskariġġ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com