“Inħossni Mweġġa’ U Ddispjaċut Meta L-Gyms Jitpoġġew Fl-Istess Keffa Tal-Bars” – Matthaeus Grasso

 “Inħossni Mweġġa’ U Ddispjaċut Meta L-Gyms Jitpoġġew Fl-Istess Keffa Tal-Bars” – Matthaeus Grasso
“Ma nistax inħossni iktar mweġġa’ u ddispjaċut meta nara li l-istudios u l-gyms qed jitpoġġew fl-istess keffa tal-Bars.” Hekk beda Matthaeus Grasso meta kellimnieh dwar x’jaħseb fuq is-sitwazzjoni preżenti tal-Covid-19.
“Waqt li tal-bidu huwa post fejn l-Immune System tigi msaħħa u mgħejjuna biex tkun b’saħħitha kontra eventwalità ta’ mard, il-bars huma post fejn minħabba l-mużika tgħajjat fost l-oħrajn, diffiċli biex tinzamm d-Distanza Socjali b’kuntrajtu tar-regoli ta’ 3 Metri bejn kull persuna li tkun qed tagħmel l-Eżerċizzju fejn fil-fatt, kulħadd ikun qed jagħmel l-eżerċizzju għalih waħdu”, qalilna Matthaeus.
“Biex ma nsemmux ukoll li l-bars ma jagħmlux ġid għas-saħħa bl-alkoħol li jinbiegħ, apparti li huwa post li jattira ħafna vizzjijiet perikolużi oħrajn… L-Istudios u l-gyms huma postijiet ħafna aktar ikkontrollati, fejn tittieħed anke t-temperatura ta’ persuna qabel tidħol, waqt li naturalment, persuna li tkun beħsiebha tagħmel l-eżerċizzju għandha ħafna inqas ċans li jkollha aptit jew tkun tista’ tagħmel dan, jekk tkun ma tiflaħx.”
Spjega kif ma jistax nimmagina lil xi hadd jaghmel l-Ezercizzju bis-sintomi tal-Covid 19 per ezempju, ghax l-anqas 2 minuti ma tiflah taghmel, fl-opinjoni tieghi.
Kompla jispjega li jekk jingħalqu xi stabbilimenti dawn għandhom jiġu kkumpensati mill-Gvern għaliex is-somma ta’ 800 ewro fix-xahar kienet miżera u anqas seta’ jtaffi l-kera biex ikollhom post minn fejn joperaw u jservu lill-pubbliku. Qal li bil-limitazzjonijiet virtwali, ħafna nies marru lura.
Meta fuq midja lokali deher artiklu fejn l-istudios u gyms kienu rreferuti bħala mhux essenzjali, Matthaeus tenna li huma għal min isib appoġġ, kuraġġ, għajnuna u serħan kif ukoll terapija fosthom nies b’kundizzjonijiet mentali li jkunu għaddejjin minnhom.
Spjega wkoll kemm hu essenzjali għal min bħalu bil-ħaddiema miegħu, iridu jgħixu familja mid-dħul tal-memberships. Sostna li għaddejjin minn mument ta’ ansjetà fejn anke l-gyms kienu kkategorizzati mal-bars u d-diskoteki.
“Fi kliem Profs. Charmaine Gauci stess, fi zmien l-‘Lockdown’ li kwazi kellna, r-rata tal-obeżità żdiedet mar-rata allarmanti li diġà kellna, u dan kif tafu huwa kaġun ewlieni li jista’ jwassal għall-mewt meta persuna tintlaqat mill-Covid 19.”
Finalment, meta staqsejnieh fuq postijiet simili li m’humhiex serji, weġibna hekk: “Iva, nemmen li min mhux serju għandu jingħalaq u lanqas biss jingħata l-għajnuna, imma nies bħalna b’missjoni li ntejbu s-saħħa fiżika u mentali tal-Maltin, nemmen li għandna niġu mgħejjuna mhux mfixkla fil-ġid li nagħmlu.”
Intom x’taħsbu dwar dan?!
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com