“Instabu F’Kundizzjonijiet Xokkanti… Is-Sid Se Jittella’ l-Qorti” – AAA
“Instabu f’kundizzjonijiet xokkanti u li jħalluk mingħajr kliem.” Hekk sostnew is-santwarju tal-klieb, AAA, f’messaġġ fuq Facebook.
L-istess assoċjazzjoni spjegat kif uħud mill-klieb li ġew salvati mingħand ‘breeder’ fiż-Żejtun, wara li nstabu f’kundizzjonijiet ħżiena ħafna, issa jinsabu għall-kura għand l-AAA.
F’messaġġi separati, l-assoċjazzjoni spjegat is-sitwazzjoni ta’ kull kelb li spiċċa għandha fejn sostniet kif il-kelma xokkanti, mhix biżżejjed biex tispjega is-sitwazzjoni li jinsabu fiha l-klieb tant li wieħed minnhom saħansitra għandu s-‘sandfly’, u qatt ma rċieva kura.
L-istess assoċjazzjoni spjegat kif il-klieb ġew salvati mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali fejn se jkunu qed iressqu lil sid il-klieb il-Qorti b’rabta ma’ dan il-każ.
Temmew billi qalu li m’għandhom ebda kliem kif jistgħu jesprimu d-dispjaċir għal każijiet bħal dawn li minħabba persuna jbatu l-annimali innoċenti.
Kull min jixtieq jgħin u jagħti donazzjoni lil din l-assoċjazzjoni jista’ billi jibgħat;
Paypal: [email protected] Jew sms fuq:
50617350 €2.33
50618060 €4.66
50618910 €6.99
50619200 €11.66
Jew Revolut fuq: 79730921
Ritratt: Association for Abandoned Animals