Isostni Li R-Rapport Tad-Direttorat Fi Ħdan L-Awtorità Ta’ L-Ippjanar Huwa Mimli Kummenti Dilettanteski…

 Isostni Li R-Rapport Tad-Direttorat Fi Ħdan L-Awtorità Ta’ L-Ippjanar Huwa Mimli Kummenti Dilettanteski…
F’konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret quddiem ir-Razzett l-Antik tal-Fgura li ġiet indirizzata mis-Sindku tal-Fgura s-Sur Pierre Dalli, r-rapprezentant ta’ Flimkien għall-Ambjent Aħjar s-Sinjura Astrid Vella flimkien mal-kantant u resident Fguri Aldo Busuttil fejn kollha saħħqu fuq l-importanza li dan is-sit ta’ importanza storika-kulturali jerġa jingħata l-iskedar li kellu.

Ir-Residenti Fguri, Aldo Busuttil sostna li mir-riċekja li għamel flimkien mas-Sur Josef Bartolo ikkonkludew li r-razzett hu simbolu uniku ta’ l-identita’ u l-oriġini tal-Fgura.

Qal li “l-Fgura tinsab taħt ir-riħ tas-swar tal-kottonera u għalhekk ma setax jinbena bini għoli f’każ ta’ attakk u allura qatt ma kien possibli li jibnew bereġ, palazzi, town houses.”

Fil-Medju Evu, in-nies ta’ Ħal-Ellul li kien kien jirgħu l-bgħejjem u jkabbru l-prodotti argrikoli f’Ħal-Għarrat (illum il-Fgura). Il-Fgura minn dejjem kienet ikkaratterizzata minn makkja, għelieqi u rziezet tant li fl-Arkiviji Notarili ta’ l-1505 instabu dokumenti li jirreferu għall-familja kunjom Sqalli ‘Ficura’ li minnhu ħareġ l-isem tal-Fgura.

Busuttil qal li dan hu l-aħħar u l-ixjeħ razzett fil-qalba taċ-ċentru storiku tal-Fgura. Il-Fgura twieldet permezz tal-kappella ta’ l-1790 li ġiet imġarrfa biex tgħaddi t-triq prinċipali. Ir-razzett hu marbut ma’ stejjer storiċi, reliġjużi u forkloristiċi fosthom tal-gwerra fejn kienu jservu l-Victory Kitchen u fejn tefa’ ta’ ġebla hemm l-uniku xelter tal-lokal kif wkoll għall-bejgħ ta’ prodotti agrikoli.

Ir-resident ikkritika r-rapport tad-Direttorat fi ħdan l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar li fl-opinjoni tiegħu huwa biased minħabba li skont hu mimli kummenti dilletanteski u rakkomandazzjonijiet strambi. Liema rapport hu ibbażżat fuq deċiżjoni favur it-tneħħija tal-iskedar.

Saħaq li meta ppreżenta l-proposti u l-viżjoni tiegħu, ma ppreżentax proġett speċifiku tant li ma ppreżenta l-ebda pjanta u għalhekk appella lill-Prim Ministru biex flimkien insibu triq li tagħti dinjità lil dan is-sit uniku; figura ta’ identita’.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com