Jikber Iċ-Ċans ta’ Maltempata llejla… Ġejja Taqliba Fit-Temp
![Jikber Iċ-Ċans ta’ Maltempata llejla… Ġejja Taqliba Fit-Temp](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2020/09/120058741_3457641654301312_4712153272652491621_n-850x560.png)
Kif kien previst minn jiem ilu, it-temp mistenni li jiksaħ f’daqqa mis-Sibt 26 ta’ Settembru, flimkien ma’ riħ qawwi u twissija ta’ riefnu mill-Majjistral.
It-temperaturi massimi mistennija li jinżlu xejn inqas minn 8°C, minn massima ta’ 30°C nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru għal massima ta’ 22°C biss, nhar is-Sibt. Minħabba r-riħ qawwi, it-temperatura tinħass iżjed kiesħa milli fil-fatt tkun!
Ftit xita hi possibbli wkoll lejn tmiem il-ġimgħa, filwaqt li ċ-ċans ta’ maltempata għal-lejla qiegħed jikber (60%).