Jinżlu Għarkupptejhom B’Messaġġ Kontra R-Razziżmu, L-Omofobija U D-Diskriminazzjoni…

It-tim Nazzjonali Malti tal-footbal tan-nisa u dak Daniż, ilbieraħ għamlu ġest simboliku tant importanti qabel bdew il-logħba tagħhom; niżlu għarkubtejhom biex iwasslu messaġġ kontra r-razziżmu, l-omofobija u d-diskriminazzjoni.
Din kienet turija ta’ appoġġ u rispett lejn dawk kollha li jgħaddu minn dawn it-tip ta’ oppressjonijiet.
Ritratt: Domenic Aquilina/ MFA Women’s Football