“Joe Ħadem Miegħi Fil-Presidenza B’Lealtà U Kompetenza Assoluta…” – Il-President Emeritus George Abela

Illum tħabbret il-mewt ta’ Joseph Church fl-età ta’ 65 sena li kien il-Kap tal-Kummissjoni Elettorali. Ilu jmexxi din il-Kummissjoni mill-2014 fejn qabel serva bħala Segretarju tal-Presidenza fi żmien il-President ta’ Malta George Abela.
Tkellimna mal-President Emeritus Abela u dwar Joe Church qalilna hekk: “Joe ħadem miegħi fil-Presidenza b’ lealtà u kompetenza assoluta. Kien bniedem sportiv, iħobb it-team favorit tiegħu l-Arsenal u fuq hekk biss ma konniex naqblu.”
Il-President Emeritus George Abela saħaq magħna li jixtieq isellem il-memorja tiegħu. Hekk ukoll għamlu bosta b’diversi modi, fosthom permezz tal-midja soċjali.