Jonqos Minn 15 Għal 10 Persuni L-Ammont Ta’ Persuni Fi Gruppi…

Minn għada, il-Ħamis l-1 t’Ottubru, l-ammont massimu ta’ persuni li jistgħu jinġemgħu fi grupp fi spazji pubbliċi se jonqos minn 15-il persuna għal 10 persuni.
Il-Ministeru tas-Saħħa qal li din il-miżura qed tidħol fis-seħħ wara konsultazzjoni mas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika sabiex tkun limitata iżjed l-imxija ta’ Covid-19.
Dan ifisser li fi spazji pubbliċi, gruppi ta’ aktar minn 10 persuni għandhom ikunu projbiti inklużi fi kjus u fuq bus stops, sakemm ma tinżammx id-distanza soċjali bejniethom.
Din il-miżura ma tapplikax għal persuni li jgħixu fl-istess residenza.
Ritratt: pwc.com