Kampjonat Premier – Tliet Plejers Sospiżi

 Kampjonat Premier  – Tliet Plejers Sospiżi

Il-Kummissarju tad-dixxiplina tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol ħabbar is-sospenzjonijiet tiegħu fejn tlett plejers ġew sospiżi logħba kull wieħed.

Id-difensur ta’ Hibernians FC Andrei Agius ġie sospiż logħba waħda u għalhekk ser ikun qed jitlef il-konfront li jmiss kontra Floriana FC.  Agius tkeċċa fl-aħħar mumenti tat-telfa kontra Sliema Wanderers FC.

Carl Cassar ta’ Lija Athletic, li tkeċċa fl-ewwel partita tal-Kampjonat kontra Senglea Athletics, ġie sospiż logħba wkoll u għalhekk mhux ser ikun għad-diżpożizzjoni tal-kowċ Joseph Galea għal konfront tas-Sibt li ġej kontra Gudja United. Ta’ minn wieħed jirrimarka li Cassar tkeċċa intortament hekk kif kien Juan Cruz Gill li għamel il-fowl u mhux Cassar.

Ryan Scicluna ta’ Sirens FC ukoll ġie sospiż logħba mill-Kummissarju tad-Dixxiplina wara li tkeċċa fit-telfa kontra Hamrun Spartans.  Scicluna għalhekk mhux ser jkun jista jilgħab fil-partita ta’ nhar il-Ġimgħa kontra Sliema Wanderers.

It-Team Manager ta’ Gzira United Marlon Galea u t-Team Manager ta’ Floriana FC Peter Agius ukoll ġew sospiżi żewġ logħbiet kull wieħed.

 

Ritratt: MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com