Kevin Borg L-Ewwel Fuq ‘Itunes Malta’ Għall-10 Darba

Ilbieraħ il-kantant simpatiku ta’ fama internazzjonali Kevin Borg nieda l-kanzunetta Tlaqt Ħabib li titkellem dwar l-emozzjonijiet li wieħed iħoss meta jitlef lil xi ħadd qrib tiegħu.
Din hija kanzunetta profonda li tmiss il-qlub ta’ dawk li għaddew minn din is-sitwazzjoni meta jitilfu lill-għeżież ta’ qalbhom.
Kevin iddedika din il-kanzunetta li sieħbu Clint li ħalla din id-dinja fi żmien il-Covid-19.
Din il-kanzunetta diġà tinsab fil-quċċata ta’ Itunes Malta. Il-kanzunetta hija miktuba b’mużika ta’ Jason Cassar u lirika ta’ Marcon Cassar.
Kevin ifakkarna kemm għandna napprezzaw u ngħożżu lill-maħbubin tagħna f’kull mument. Minn stradarjali.com, tassew nawgurawlek Kevin!
Ritratt: Facebook/ Kevin Borg