“Kieku Dan Il-Ħin Erħejnielha Lejn Is-Santwarju… Mhux Ħa Naqtgħu Qalbna!” – Quinton Scerri
Kieku llum 20 ta’ Settembru 2020, Quinton Scerri u Kerstyl Farrugia kienu ser jingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ iżda l-pandemija tal-Covid-19 ħarbtitilhom il-pjanijiet.
“Kieku dal ħin erħejnilha lejn is-Santwarju, mimlijin eċitament, ferħ u entużjażmu! Illum kellha tkun ġurnata speċjali għalina, għall-familja u sħabna!”, kiteb Quinton fuq facebook.
Il-koppja ddeċidiet li anke minħabba n-natura tax-xogħol ta’ Quinton fejn tlaqqħgu ma’ ħafna nies u għalhekk kellu bosta mistednin, din is-sena t-tieġ kellu jkun pospost għas-sena d-dieħla. Dan biex kulħadd igawdi magħhom dan il-mument speċjali għalihom.
“Iżda mhux ħa naqtgħu qalbna… nistennew sena oħra, b’aktar ħeġġa u mħabba”, tenna Quinton.
Nawgurawlkom aktar imħabba!
Ritratt: Facebook/ Quinton Scerri