Kieku Ssir Elezzjoni Ġenerali Għada, il-Poplu Malti Se Jagħżel…

 Kieku Ssir Elezzjoni Ġenerali Għada, il-Poplu Malti Se Jagħżel…

Iddeċidejna li nibdew bi stħarriġ li tista’ tgħid huwa suġġett li l-poplu jħobb jiddiskuti f’kull żmien. Lin-nies staqsejniehom il-mistoqsija: “Li kieku kellha tissejjaħ elezzjoni ġenerali għada, lil liema partit tivvota?”

Meta wieħed japplika mudell xjentifiku fuq dawk li rrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi, wieħed ikun jista’ jsib replacement xjentifiku għal dan il-grupp ta’ nies. Dan il-metodu jissejjaħ Multiple Imputation technique u b’hekk wieħed jipprova joħroġ ir-riżultat aktar ċar tar-riżultati finali ta’ dak li jista’ jiġri. B’hekk il-prediction tar-riżultat f’każ ta’ elezzjoni ġenerali għada huwa, 58.7% jivvutaw PL, 39.1% jivvutaw PN u 2.2% jivvutaw AD/PD jew partiti oħra.

Id-distakk bhalissa bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista f’każ ta’ Elezzjoni Ġenerali għada huwa dak ta’ 19.6% favur il-Partit Laburista. Dan ir-riżultat jpoġġi d-distakk ta’ madwar 53,000 vot favur il-Partit Laburista. Meta wieħed jikkalkula d-distakk bejn il-partiti, wieħed irid jikkonsidra wkoll kemm hemm nies li qegħdin jgħidu li mhux ser jivvutaw, jew huma indeċiżi lil min jivvutaw.

Bħalissa jidher biċ-ċar li fost parti mill-popolazzjoni hemm ċertu apatija politika li qiegħda ssaraf f’ammot ta’ nies li huma indeċiżi jekk jivvutawx jew le f’każ ta’ elezzjoni ġenerali għada. Infatti dan bhalissa jammonta għal madwar 25% fost il-popolazzjoni kollha. Bid-differenza li fost persuni li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-2017, dan il-persentaġġ ta’ nies li qed jgħidu li ma jivvutawx jew ma jafux lil min ser jivvutaw huwa ferm aktar minn dawk li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2017.” B’hekk l-apatija politika fost partitarji Nazzjonalisti hija ferm akbar!

Dan l-istħarriġ sar minn Vincent Marmara bejn l-14 u t-18 ta’ Settembru 2020 permezz tat-telefon. Il-kampjun miġbur kien dak ta’ 600 b’Confidence Level ta’ 95% u Confidence Interval ta’ ±4% fost dawk in-nies ta’ eta minn 16-il sena l-fuq.

F’dan l-istudju intuza il-metodu tal-istratified random sampling ukoll. B’hekk il-kampjun miġbur kien imqabbel b’mod preċiż mal-etajiet tan-nies f’Malta, id-distretti  kif ukoll is-sess tagħhom. Biex inkunu aktar ċerti mir-riżultati,
is-sample miġbur ġie mqabbel b’mod tajjeb ukoll għall-mod kif ivvutaw in-nies fl-elezzjoni tal-2017.

Intuża wkoll il-metodu tal-Multiple Imputation Technique biex wieħed ibassar dawk li rrifjutaw li jwieġbu xi mistoqsijiet f’dan is-survey.

Dr Vincent Marmara huwa Statistiku u Riċerkatur bi professjoni. Huwa kiseb l-ewwel grad tiegħu fl-Istatistika, Riċerka Operattiva u Matematika mill-Università ta’ Malta. Kiseb Masters of Science fl-istatistika mill-Università ta’ Sheffield fir-Renju Unit u anke d-dottorat fil-Matematika (Statistika) mill-Università ta’ Stirling, fl-Iskozja. Speċjalizza fl-epidemjoloġija mill-aspett statistiku. F’ dawn l-aħħar 15-il sena kien fdat b’diversi proġetti ta’ riċerka kemm fuq livell nazzjonali u kif ukoll internazzjonali. Dr Marmara huwa lettur fil-fakultà  tal-FEMA fl-Università ta’ Malta u huwa affiljat mar-Royal Statistical Society fir-Renju Unit. Vincent huwa magħruf dwar il-mod kif qata’ r-riżultati tal-elezzjonijiet kollha mill-2013 sal-lum, kif ukoll dwar ir-riċerka kontinwa li qed jagħmel dwar il-Covid-19.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com