L-Aħwa Mbong Jilagħbu Flimkien Għal Malta

 L-Aħwa Mbong Jilagħbu Flimkien Għal Malta

Mhux komuni iżda ġrat. Din kienet l-ewwel okkażjoni mill-1985 lil hawn li żewġt aħwa lagħbu bl-istess flokk fl-istess partita għat-tim nazzjonali Malti.

Joseph u Paul Mbong lagħbu flimkien għat-tim nazzjonali Malti tal-kbar fl-ewwel logħba ta’ kwalifikazzjoni minn Grupp D1 tal-UEFA Nations League kontra l-Faroe Islands.

Joseph ilu jifforma parti mill-iskwadra tat-tim nazzjonali, iżda għal ħuħ Paul din kienet l-ewwel darba li lagħab mat-tim tal-kbar hekk kif għadu kemm għalaq 19 il-sena.  Joseph beda l-partita sa mill-ewwel minuta filwaqt Paul daħal jilgħab fit-tieni taqsima minflok Jurgen Degabriele.

L-aħwa Mbong kienu parti mill-iskwadra anke fit-tieni partita tal-istess grupp kontra l-Latvja b’Joseph jilgħab il-partita kollha fl-20 preżenza tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti, filwaqt li Paul ma kienx utilizzat mill-kowċ Devia Mangia.

Fil-passat kienu l-aħwa Eddie u Louis Theobold, Edward u Ritchie Aquilina, Raymond u George Xuereb kif ukoll John u Julian Holland li lagħbu f’numru ta’ partiti flimkien għal Malta.

 

Ritratt: www.mfa.com.mt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com