L-Irġiel Huma Mħeġġa Jitgħallmu Aktar Dwar Il-Kanċer Tal-Prostata U Tat-Testikoli
Wasal ix-xahar t’Ottubru marbut mal-kampanja Pink October mill-Fondazzjoni Marigold; kampanja li għamlet ħafna ġid u qajjmet kuxjenza kbira dwar il-kanċer tas-sider, imma mhux biss.
Qed tingħata wkoll attenzjoni kbira fuq il-kanċer tal-għonq tal-utru kif ukoll, attenzjoni partikolari ser tkun il-qofol ta’ din il-kampanja għas-sena 2020 dwar il-kanċer metastiku li rari kien diskuss f’pajjiżna.
Movember imbagħad huwa x-xahar marbut mal-kanċer li huwa tipiku fl-irġiel; dak fil-prostata u anke fit-testikoli. Tinħass il-ħtieġa li aktar irġiel ikunu konxji ta’ dawn it-tipi ta’ kanċer u għalhekk, il-fondazzjoni Marigold qed tieħu ħsieb li din is-sena, titfa’ dawl fuq dan il-mard biex tkompli tgħin lill-persuni li jgħaddu minn dawn it-trawmi.
Michelle Muscat; Chairperson tal-fondazzjoni, tenniet li din il-kampanja li issa ndrat sew fil-kalendarju ta’ pajjiżna se tkun qed tħeġġeġ u teduka lill-pubbliku biex wara kollox jieħdu ħsieb is-saħħa tagħhom b’mod kontinwu.
Awguri lil din il-fondazzjoni li tul dawn l-aħħar snin qajjmet kuxjenza kbira dwar dan is-suġġett.