Meta Jsiru D-‘Deliveries’ Fid-Djar, Inti Li Tilqa’ L-Ħaddiema Qed Tilbisha L-Maskra?

 Meta Jsiru D-‘Deliveries’ Fid-Djar, Inti Li Tilqa’ L-Ħaddiema Qed Tilbisha L-Maskra?

Persuna li għamlet kuntatt magħna u li xtaqet tibqa’ anonima, qaltilna li taħdem ma’ kumpanija li jġorru l-għamara fid-djar. Il-ġuvni għadu jibda jaħdem ma’ din il-kumpanija u tenna li qed jagħmel hekk għax tilef l-impjieg tiegħu minn meta bdiet il-pandemija l’hawn, allura jkollu jagħmel xogħol ikun li jkun biex jgħajjex lilu nnifsu.

Tenna li dan ix-xogħol huwa riskjuż ħafna għall-fatt li l-ewwelnett ħafna mill-ħaddiema nfushom ma jilbsux maskri meta dawn iżuru mas-7 residenzi kuljum biex iwasslu l-għamara.

Fuq in-naħa l-oħra mbagħad, in-nies/familji li jirċievu d-delivery tagħhom ukoll mhux juru rispett għaliex fil-maġġoranza tagħhom ma jilbsux maskra meta jiftħu l-bieb u sakemm ipoġġulhom l-ordni tagħhom fi djarhom.

“Ħafna nies ikunu hemm jistennew id-delivery u ma tkunx taf humhiex id-dar għax ma jifilħux jew għandhomx il-Covid… Naqra rispett hu. Hemm għalfejn trid tgħidilhom kollox bl-imgħarfa lin-nies? Mela veru m’hawnx rispett?!”, qalilna l-ġuvni.

Forsi dawn id-dettalji żgħar m’aħnhiex nagħtu kashom biżżejjed u huma wkoll qed ikomplu jżidu r-rata tal-persuni pożittivi minħabba nuqqas ta’ ħsieb! L-istess jgħodd għal kull ħaġa oħra… jekk se tordna l-ikel, qed tilbes maskra biex tilqa’ l-ordni tiegħek? Hemm għalfejn ngħidulkom kollox bl-eżatt biex tidraw li l-maskra trid tintlibes fejn se jsir kuntatt ma’ persuni oħra???

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com