“…Mhux Se Nitħalla nintuża Fil-Ġlied Intern Bejn Fazzjonijiet Fil-PN” – Delia Jżur Lil Chris Fearne

Fuq Twitter, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne kiteb li kellu żjara bla mistenni mill-Kap tal-Opożizzjoni Dr. Adrian Delia.
Qal li filwaqt li laqgħu u semgħu mhux ser iħalli li jkun użat fil-ġlied intern bejn il-fazzjonijiet fil-PN.
Fearne tenna li dwar materja nazzjonali m’għandux bżonn il-gwida tal-avukat Delia. “Il-politikà Maltija serjetà jixirqilha, mhux tejatrini.”
Dott Delia għoġbu jiġi jżurni bla mistenni. Waqt li lqajtu u smajtu, mhux se nitħalla li nintuża fil-ġlied intern bejn fazzjonijiet fil-PN. Dwar materja ta’ interess nazzjonali m’għandix bżonn il-gwida tal-avukat Delia. Il-politikà Maltija serjetà jixirqilha, mhux tejatrini.
— Chris Fearne (@chrisfearne) September 23, 2020