Min Eċitat, Min Serju U Min Ifakkar Id-Dmirijiet… Minn Għada L-Għalliema Lura Fl-Iskejjel

 Min Eċitat, Min Serju U Min Ifakkar Id-Dmirijiet… Minn Għada L-Għalliema Lura Fl-Iskejjel

Jekk tinnutaw fuq facebook minn wara nofsinhar l’hawn, bosta kienu dawk li tellgħu statuses b’awguri, stennija jew inkella pariri hekk kif għada l-għalliema ser jirritornaw lura fit-tieni dar tagħhom; l-iskola. Sena skolastika li ser tibda b’differenza…

Kien hemm taħlita ta’ reazzjonijiet… Flavia Joanna Grima kitbet li għada hi ser tibda l-14 -il sena skolastika tagħha bħala għalliema; sena bi sfidi totalment ġodda meta kkumparati mas-snin preċedenti… “Nammetti li f’dawn iċ-ċirkustanzi s-sitwazzjoni xejn m’hija faċli biss għall-ġid tal-istudenti kollha, aħna dejjem inkunu hemm lesti sabiex nagħmlu ħilitna u l-almu kollu tagħna”, kitbet Grima. Fakkret biex nibżgħu għal saħħitna u ta’ dawk ta’ madwarna filwaqt li awgurat sena skolastika tajba.

Min-naħa l-oħra, Antonella Borg li hija omm, awgurat lill-għalliema kollha u fakkret li sta għall-ġenituri wkoll li jkunu responsabbli u jirrispettaw lill-għalliema u lil xulxin.

Maria Abela Grech li hija wkoll għalliema tal-Ingliż tellat ħsieb li huwa ħafna reali wkoll fejn tenniet: “Issa nibdew bl-istejjer tas-sanitisers eh…min jinfaqagħlu fil-basket, min joħroġlu fil-‘pocket’, min itebba’ l-ktieb, min idellek lil ta’ ħdejh, u sejrin.” B’mod umoristiku għedtha… iżda nistennew li jiġru dawn l-istejjer Maria!

 

Lelio Spiteri, il-kap tal-iskola magħrufa bħala l-Happy School fir-Rabat Għawqdex, stqarr li din se tkun sena unika u din id-darba, hu talab lill-Mulej biex iżomm il-mard ‘il bogħod mill-iskola tagħhom filwaqt li talbu jkun preżenti f’kull rokna tal-iskola.

Minn stradarjali.com, awguri lilkom l-għalliema kollha. Xogħolkom napprezzawh!

Ritratt: ABC7NewYork

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com