Ommu Tieħu Sehem Fil-Vidjo Mużikali Miegħu Biex Tgħinu Jwassal Messaġġ
Franz Galea Bezzina huwa mżewwaq bit-talent tal-kant fejn għaxar snin ilu kien ħa sehem fil-festival Indifest bil-kanzunetta “Jien Hekk”.
Kanzunetta b’lirika li jixhdu t-tbatija li jesperjenzaw bosta persuni meta jkunu jridu joħorġu fil-beraħ li huma omosesswali, speċjalment mal-ġenituri. Dan hekk kif fil-kanzunetta Franz jirrakkonta storja ta’ persuna li ħarġet omosesswali mal-ġenituri, iżda bl-ebda mod ma riedu jaċċettawh.
Il-kanzunetta tgħid ukoll kif l-istess individwu jipprova jgħid lil ommu li hu huwa hekk, u li xejn ma jista’ jibdel dan il-fatt.
Lil’hinn mill-kanzunetta, Franz spjega kif hu jista’ jikkunsidra lilu nnifsu bħala fortunat hekk kif ommu mhux talli biss ħadet l-aħbar b’mod tajjeb, iżda saħansitra ħadet sehem fil-vidjo mużikali tiegħu biex tkun ta’ appoġġ għalih.