Ruth Amaira Tirtira Minn Dibattitu Wara T-Tim Ta’ Bernard Grech “ipprova jinfluwenzaha” – Adrian Delia

 Ruth Amaira Tirtira Minn Dibattitu Wara T-Tim Ta’ Bernard Grech “ipprova jinfluwenzaha” – Adrian Delia

Il-ġurnalista tal-istazzjon nazzjonali Ruth Amaira rtirat il-parteċipazzjoni tagħha minn dibattitu li kellha timmodera t-Tnejn li ġejn bejn Adrian Delia u Bernard Grech wara li t-tim ta’ Grech avviċinaha biex jipprova jinfluwenzaha.

Fi stqarrija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li minkejja r-reżistenza min-naħa tat-tim ta’ Dr Bernard Grech biex ma jsirx imqarr dibattitu wieħed bejn iż-żewġ kandidati fil-kampanja tal-elezzjoni ta’ kap, il-Kummissjoni Elettorali tal-PN ħabbret li t-Tnejn li ġej se jseħħ l-ewwel dibattitu.

Qal li għal dan id-dibattitu, il-Kummissjoni għażlet il-ġurnalista ta’ esperjenza Ruth Amaira bħala l-ġurnalista biex tmexxi dan id-dibattitu.

Dr Delia qal li huwa kundannabbli li l-istess tim ta’ Bernard Grech avviċina lil Amaira biex jipprova jinfluwenzaha.
Dan wassal biex l-istess ġurnalista bagħtet tinforma lill-Kummissjoni Elettorali li qiegħda tirtira is-sehem tagħha f’dan id-dibattitu.

Il-Kap Nazzjonalista kkundanna l-fatt li ġurnalisti ma jitħallewx fil-libertà li jwettqu xogħolhom mingħajr indħil.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com