Sewwieq Ta’ Mutur Jindarab Gravi Fin-Naxxar

 Sewwieq Ta’ Mutur Jindarab Gravi Fin-Naxxar

Raġel ta’ 57 sena minn Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu fi Triq is-Salini, meta għal xi raġuni s-sewwieq tal-mutur waqa’ waqt li kien qed isuq.

Fuq il-post marru l-pulizija flimkien ma’ tim mediku fejn ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com