Skejjel Privati Ser Joffru Skeda Limitata Ta’ Jumejn Biss Fil-Ġimgħa
Bħalissa fuq fomm kulħadd huwa r-ritorn tat-tfal lura lejn l-iskola. Il-bidu ta’ sena skolastika din is-sena ser tkun ferm differenti mis-soltu hekk kif il-pandemija Covid-19 qed tkompli tintensifika f’pajjiżna u madwar id-dinja.
Filwaqt li l-iskejjel tal-Gvern u l-maġġoranza tal-iskejjel l-oħra ser joffru skeda ta’ 5 tijiem, hawn xi skejjel privati u tal-Knisja fosthom Santa Monika ta’ Birkirkara li ser joffru skeda limitata ta’ jumejn biss, bil-kumplament tal-ġranet it-tagħlim issir online.
It-tfal ser ikunu mitluba li waqt li jirċievu t-tagħlim online xorta waħda jridu jilbsu l-uniformi u jsegwu numru ta’ struzzjonijiet oħra.
It-tfal fl-iskejjel ser ikunu mitluba li jsegwu protokol rigoruż ħafna, filwaqt li għall-kontra tas-soltu din is-sena l-iskola mhux ser tkun waħda obligatorja. Madanakollu jidher li hawn sentiment ma firxa wiesgħa ta’ ġenituri li t-tfal għandhom bżonn jidħlu f’xi forma ta’ sistema li terġa’ mill-ġdid iġġib l-istabbilità edukattiva u fl-imġieba tagħhom.
Fost il-pubbliku jidher li hawn opinjonijiet varji għall-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel bi stħarriġ ippublikat minn Times of Malta jgħid li 47% ma jaqblux li t-tfal għandhom immorru lura lejn l-iskola filwaqt li 37% jsostnu li l-iskejjel għandhom jiftħu mill-ġdid.
Int x’taħseb? Għandhom jiftħu mill-ġdid l-iskejjel?
Ritratt: pharmalive.com