Tallega Li Raġel Beda Jagħmel Atti Indiċenti Waqt Li Kienet Qed Tgħum Fil-Qawra

 Tallega Li Raġel Beda Jagħmel Atti Indiċenti Waqt Li Kienet Qed Tgħum Fil-Qawra

Mara li marret il-baħar flimkien ma’ ħabiba tagħha fil-Qawra allegat li raġel li kien sorġut fuq il-blat warajhom beda jmiss lilu nnifsu b’mod inidiċenti.

Fuq Facebook, l-istess mara allegat li hi ma ndunatx mill-ewwel, iżda wara ftit tal-ħin innutat lil dan ir-raġel, li kien żewġ metri bogħod minnhom, jagħmel atti indiċenti.

Spjegat kif malli ndunat x’kien qed jiġri hi sejħet lil ħabibtha u qaltilha biex jitilqu minn fejn kienu. Ftit wara l-mara kitbet kif hi ċemplet lill-Pulizija u nfurmathom x’kien ġara fejn marru minnufih fuq il-post.

Fil-kitba tagħha, il-mara appellat lill-pubbliku biex joqgħodu attenti u jekk jiġirlhom xi ħaġa hekk, ikunu minn tal-ewwel biex jinfurmaw lill-awtoritajiet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com