Test Rapidu U Faċli Tal-Covid Għal Kull Min Isiefer. X’taħseb?

 Test Rapidu U Faċli Tal-Covid Għal Kull Min Isiefer. X’taħseb?

L-Air Malta tenniet li taqbel mal-iżvilupp u l-użu ta’ sistema tal-ittestjar għall-Covid-19 li tkun rapida, preċiża, affordabbli u faċli biex tintuża għall-passiġġieri kollha qabel it-tluq tat-titjira. Dan l-ittestjar huwa alternattiva għall-miżuri ta’ kwarantina u huwa maħsub biex terġa’ tiġi stabbilita l-konnettività globali bl-ajru.

Iċ-Chairman tal-Air Malta Charles Mangion qal illi l-industrija tal-avjazzjoni ghandha bżonn iddisprat ta’ soluzzjoni biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja fl-ivvjaġġar. Mangion żied illi l-Air Malta taqbel mal-iżvilupp u l-użu ta’ sistema tal-ittestjar għall-Covid-19 li tkun rapida, preċiża, affordabbli u faċli biex tintuża għall-passiġġieri kollha qabel it-tluq tat-titjira. Dan l-ittestjar huwa alternattiva għall-miżuri ta’ kwarantina u jgħin biex terġa’ tiġi stabbilità l-konnettività globali bl-ajru.

“L-ittestjar mat-tluq jagħti lill-gvernijiet il-fiduċja li jiftħu l-fruntieri tagħhom mingħajr ma jkollhom għalfejn jbiddlu ta’ spiss ir-regoli imposti fuq l-ivvjaġġar. Fl-istess ħin jerġa’ jġib s-serħan tal-moħħ fl-ivvjaġġar u u jgħin biex tingħata spinta lit-turiżmu u lill-ekonomija”, qal Dr. Mangion.

Matul l-ewwel xhur tal-pandemija tal-Covid, l-Air Malta ggarantiet il-konnettività pubblika tal-ivvjaġġar bl-iskeda Lifeline.

Għax-xitwa l-Air Malta fasslet skeda oħra ta’ titjiriet LifeLine li se tiggarantixxi l-konnettività tat-titjiriet għal dawk li jeħtieġu u li jridu jivvjaġġaw u tiżgura l-wasla tal-merkanzija u l-provvisti mediċi lejn Malta.

Ritratt: airmalta.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com