Tinħakem Minn Nirien Il-karozza Tas-Sindku tal-Belt Alfred Zammit

 Tinħakem Minn Nirien Il-karozza Tas-Sindku tal-Belt Alfred Zammit

Tard dal-lejl il-karozza tas-Sindku tal-Belt Alfred Zammit inħakmet minn nirien kbar tant li ġarrbet ħsarat kbar.

Huwa mifhum li l-vettura ngħatat in-nar bħala att vandalu, proprju fil-jum li s-Sindku esprima t-tħassib tiegħu dwar l-istess atti vandali fil-Belt.

Dan hekk kif fl-aħħar jiem din ma kinitx l-ewwel vettura li nħakmet minn nirien kbar bl-attakki jmorru lura għal Lulju.

Ma’ siti oħrajn, viżibilment ixxokkjat, Zammit spjega kif jista’ jkun li dan l-att sar biex ipattuhielu għax tkellem kontra dawn l-atti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com