Tinstab Bomba Tat-Tieni Gwerra Dinjija Fiċ-Ċentru Ta’ Ruma

 Tinstab Bomba Tat-Tieni Gwerra Dinjija Fiċ-Ċentru Ta’ Ruma

F’Via dei Cappellari fl-akkwata ta’ Campo de’ Fiori li huwa ċentru storiku f’Ruma, instabet bomba tat-Tieni Gwerra Dinjija li ma kinitx ħadet. Is-sejba saret illum qrib nofsinhar.

Fuq il-post issejħet l-iskwadra ta’ kontra l-bombi li bdew jinvestigaw din is-sejba li nstabet madwar metru taħt l-art.

Is-sejba saret minn ħaddiema tal-kostruzzjoni waqt li kienu qed jagħmlu xi xogħlijiet.

Ġew evakwati r-residenti tal-akkwata għal raġunijiet ta’ sigurtà.

Ritratt: La Repubblica
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com